Din is-sena l-Għanafest se tkun qed issir fi tliet postijiet differenti. Dan hekk kif fl-argotti qed isiru xogħolijiet u allura l-Għanafest ta’ din is-sena se ssir fit-23 u 24 ta’ Ġunju fiż-Żejtun, fit-28 u 29 ta’ Ġunju fil-Buskett u fid-29 ta’ Ġunju f’Birżebbugia
Iż-Żejtun hija lokalità li għandha rabtiet b’saħħithom mal-Għana tradizzjonali, bl-għannejja għadhom iżommu ħajja l-qalba tar-raħal bl-għana tinstema’ mill-ħwienet tat-te.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet fiż-Żejtun stess, li fiha ngħataw dettalji dwar dan l-avveniment, il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qal li permezz ta’ dan l-Għanafest se jersaq aktar qrib tan-nies li huma fil-benniena tal-għana.