Għall-ġurnata tal-Ħadd, l-Għammieri nbidel f’villaġġ tal-Milied b’attrazzjonijiet kemm għall-kbar kif ukoll għaċ-ċkejknin.
Fost l-attivitajiet li wieħed jista’ igawdi hemm, diversi wirjiet ta’ presepji tradizzjonali Maltin kif ukoll xogħol tal-artiġjanat u numru ta’ stands ibiegħu affarijiet relatati mal-festa tal-Milied.
It-tfal mhumiex minsijin hekk kif għandhom iċ-ċans jaraw annimali varji bħaż-żwiemel, qtates kif ukoll fniek. Apparti dan, jistgħu jieħdu ritratt ma’ Santa Klaws.
Il-flus li jinġabru llum minn din l-attività ser imorru għall-għaqda, Qalb it-Tfal. Dan il-villaġġ ser idum sal-5 tal-lejla fl-Għammieri.