Il-Fondazzjoni Sagħtar ħabbret il-pubblikazzjoni ta’ ktieb tal-komiks bl-isem ta’ “L-Għalliema u l-Istudenti tal-Kulleġġ San Xi Ħadd”, miktub u mpenġi minn Dean Fenech.
Fi stqarrija, il-Fondazzjoni qalet li l-iskola tista’ tkun post ta’ tagħlim, xogħol iebes, u dixxiplina, iżda tista’ tkun ukoll post ta’ divertiment u ħafna daħk, mhux biss għall-istudenti iżda wkoll għall-għalliema. Din hu dak li jiġri fil-Kulleġġ San Xi Ħadd.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-komik se jkun għall-bejgħ għall-ewwel darba mill-istand ta’ Fondazzjoni Sagħtar fil-Malta Comic Con bejn id-29 u t-30 ta’ Ottubru 2022. Il-komik jinxtara wkoll mis-sit tal-Fondazzjoni saghtar.org.mt/hanut.