L-edukaturi fl-iskejjel Maltin u Għawdxin bdew jirċievu notifika biex jimlew ċertu dettalji ħalli jekk jixtiequ jirċievu l-vaċċin għall-Covid-19, jibdew jitlaqqmu.
Dan skont ftehim ukoll li kien sar bejn il-Gvern u l-Unjin tal-Għalliema fil-bidu ta’ din is-sena biex il-ħaddiema fl-iskejjel ikunu ta’ prijorità fil-programm tal-implimentazzjoni tat-tilqim għall-kontra l-Covid-19.
Intant id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ta rendikont fuq il-programm ta’ tilqim f’pajjiżna.
Qal li bħalissa qed jitlaqqmu nies ‘il fuq minn 80 sena, dawk vulnerabbli u dawk fuq quddiem tal-ġlieda kontra l-imxija li mhumiex fil-qasam tas-saħħa, fosthom is-suldati.
Chris Fearne spjega li minn din il ġimgħa ħa jibdew jaslu l-ittri t’appuntament għat-tilqim ta’ ġenituri ta’ tfal vulnerabbli.
Saħaq li ħa joħroġ l-invit għat-tilqim għal persuni li se jkunu qed jakkumpanjaw persuni li ħa jsiefru biex jirċievu kura.
Fearne spjega li sal-aħħar ta’ dan ix-xahar u fil-bidu ta’ Marzu ħa jibdew jitlaqqmu anki nies li jaħmu bħala pustiera u fit-trasport pubbliku.