Il-Gvern b’kollox investa madwar €690 miljun f’għajnuna diretta permezz ta’ skemi tal-Malta Enterprise lill-negozji fiż-żmien tal-pandemija.
Ħabbret dan il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Dr Miriam Dalli fil-Parlament hekk kif semmiet ċifri aġġornati relatati ma’ din l-għajnuna.
“€658 miljun f’Wage Supplement, €7 miljun f’għajnuna għall-elettriku, €13 miljun ewro f’sussidju tar-renta, €9 miljun fuq leave tal-kwarantina u €1 miljun fuq l-iskema tat-teleworking.”
Il-Ministru Miriam Dalli
B’rabta mal-Covid Wage Supplement il-Ministru Dalli kompliet tispjega kif dan waħdu sostna madwar 105,000 impjieg.
“105,000 impjieg. Ifisser li għandna 105,000 familja li kellhom moħħhom mistrieħ fi żmien ta’ pandemija li setgħu jibqgħu jaħdmu u jaqilgħu l-paga.”
Il-Ministru Miriam Dalli
Intant fl-istess diskors il-Ministru Dalli rreferiet għas-sitwazzjoni ta’ żieda fil-prezzijiet tad-dawl u l-fjuwil li qed tiddomina madwar l-Ewropa.
“Fiż-żona Ewro, l-ogħli tal-ħajja tela’ b’5% u waħda mir-raġunijiet ewlenin f’din iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, l-ilma u l-gas għaliex il-prezzijiet tal-enerġija, l-ilma u l-gas żdiedu b’10%. F’Malta taf x’inhi r-rata? 0%. Assolutament l-ebda żieda fil-kontijiet tad-dawl, fil-prezz tal-gas u tal-fjuwils. Għaliex il-Maltin għandhom Gvern li fiż-żmien li rridu pajjiżna jirkupra ekonomikament, qed naraw li quddiem l-isfidi nkunu aħna t-tarka tal-familji, tan-negozji, tal-anzjani u l-koppji f’pajjiżna.”
Il-Ministru Miriam Dalli