L-għadd tal-voti għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli lokali fl-elfejn u dsatax ser isir b’mod elettroniku.
Dettalji dwar dan il-proċess ingħata mill-Kummissjoni Elettorali waqt il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi ta’ Liġijiet.
F’Novembru tas-sena li għaddiet il-Kummissjoni Elettorali ffirmat kuntratt mal-Grupp Idox tar-Renju Unit biex l-għadd tal-voti mis-sena li ġejja jibda jsir b’sistema elettronika.
Ladarba l-għadd tal-voti ser isir b’sistema elettronika minflok bl-idejn, ir-rizultat se jkun magħruf iktar malajr.
Filfatt, il-Kummissjoni Elettorali taħseb li l-proċess kollu tal-għadd tal-voti jista jintemm fi tnax-il siegħa, sal-ħadd filgħaxija.
Louis Fsadni mill-Kummissjoni Elettorali spjega kif l-kummissjoni qiegħda tipprova din is-sistema l-ġdida sabiex tara kif is-sistema elettronika tkun aħjar mis-sistema manwali.
Filwaqt li jiġu evitati l-izballji umani, li kienu jdewmu bil-kbir il-proċess elettorali.
Fl-elezzjonijiet tal-elfejn u dsatax waħda mill-bidliet ewlenin se ssir fil-polza tal-vot.
Filfatt apparti l-isem tal-kandidati, se jkun fih ukoll ir-ritratti tal-kandidati. Bil-poloz tal-voti se jiġu skennjati bi scanners apposta.
Spjega aktar fid-dettal Louis Fsadni mill-kummissjoni elettorali.
Meta nlestu l-kaxxi kollha data tal-voti, isir it-tqassim tal-voti … sistema mill count 1 sal-aħħar. Ikollna rizultat provizorju u delegati jaraw kull vot.
Fis-sala tal-għadd ta’ voti se jkun hemm madwar tmienja u sebgħin monitor li fuqhom se jkun hemm il-massimu ta’ ħin fejn l-aġenti tal-partiti jistgħu jaraw il-voti, wieħed wieħed.