Dalgħodu l-għada tal-Milied saret l-attività POLRUN 2023, minn membru tal-Korp tal-Pulizija.
Żar din l-attività, il-President ta’ Malta George Vella, fejn f’kitba fuq il-midja soċjali qal li dalgħodu ħa gost jiltaqa’ mal-parteċipanti li ħadu sehem f’din l-attività.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dr Vella rringrazzja lill-Kumitat Sportiv fi ħdan il-Korp tal-Pulizija li għal sena oħra organizzaw l-attività b’risq ‘L-Istrina’.
Preżenti wkoll għal din l-attività kien hemm il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà.