L-għada tal-Milied, is-sitta u għoxrin ta’ Diċembru, magħrufa bħala Boxing Day, hija sinonima ma’ bosta affarijiet, fosthom xalata ta’ futbol fir-Renju Unit u l-ftuħ tar-rigali.
Din il-festa oriġinat fir-Renju Unit fi żmien ir-Reġina Victoria, li mas-snin inxtredet ma’ pajjiżi oħra, fosthom anki f’Malta, minħabba li konna mmexxijin mill-Ingliżi.
Dwar dan il-jum jingħad li fis-seklu dsatax, din it-tradizzjoni bdiet minn kif f’din il-ġurnata s-sinjuri kienu jħallu lis-sefturi jmorru d-dar ħdejn qrabathom, waqt li jagħtuhom kaxxa mimlija affarijiet bħala rigal tal-Milied. Hu mifhum li s-sefturi kienu jmorru jqattgħu l-ġurnata ma’ familthom u jqassmu l-kaxxa bir-rigali li jkunu rċevew.
Il-knisja wkoll kellha sehem importanti fil-ħolqien tat-tradizzjoni ta’ Boxing Day. Dan hekk kif l-għada tal-Milied kienet tinfetaħ kaxxa ta’ donazzjonijiet miġbura minn nies tal-istess parroċċa biex jingħataw lill-foqra. F’dan il-jum ukoll il-Knisja tiċċelebra l-festa tal-ewwel matri San Stiefnu.
Boxing Day hija magħrufa għad-dilettanti tal-futbol fir-Renju Unit, hekk kif ikun hemm maratona ta’ futbol matul din il-ġurnata.