L-għada li żewġ stħarriġ tal-opinjoni pubblika taw l-istess riżultat negattiv għall-Kap tal-Oppożizzjoni kompliet tiżdied il-pressjoni fuq Simon Busuttil, b’wieħed mill-awturi tar-rapport tat-telfa tal-PN jikteb: “Nagħmel imħatra li fl-elezzjoni li ġejja l-Partit Nazzjonalista ma jġibx l-istess ammont ta’ voti li fl-2013 ġab b’Gonzi fit-tmexxija. Se jġib inqas.”
Simon Mercieca kiteb dan f’The Malta Indpendent fejn qal li t-tim li Simon Busuttil għandu madwaru jispjega b’mod tajjeb ħafna għaliex il-PN “huwa destinat li jitlef l-elezzjoni li jmiss.”
Għal darb oħra Mercieca jagħmel analiżi ideoloġika u saħansitra jgħid li din hi xi ħaġa li xtaq jagħmel mar-rapport tat-telfa iżda li ma kienx inkluż fir-rapport tat-telfa. Biex ir-rapport dwar hekk ippreżentah hu u issa beħsiebu jippubblikah fi żmien li ġej. Riflessjonijiet fl-editorja Anke l-editorjal ta’ The Malta Independent analizza l-istħarriġ ippubblikati ilbieraħ u nnota kif kemm tagħhom u kemm tal-Maltatoday taw l-istess riżultat.
Li jfisser iktar appoġġ għall-Prim Ministru u l-Partit Laburista. “Dawk li fl-2013 dawru l-vot tagħhom mhumiex konvinti għal kollox li l-Partit Nazzjonalista,” tassew inbidel. Jingħad ukoll li l-attitudni ta’ Simon Busuttil ukoll waslet biex il-Partit Nazzjonalista mar għall-agħar.
“L-attitudni personali ta’ Simon Busuttil ukoll qed tikkontribwixxi għat-tnaqqis. Għandu jħares lejn kif fil-pajjiż qed tidher il-personalità tiegħu u jinbidel,” qal l-editur ta’ The Malta Indepdent li jfakkar kif in-nies huma impressjonati bil-qagħda ekonomika fil-pajjiż.