L-għada li l-Partit Nazzjonalista organizza protesta quddiem il-Parlament, fejn wera l-intenzjonijiet li jinstiga l-inkwiet fil-pajjiż, ħarġet tagħmel l-istess l-għaqda tal-establishment, Repubblika, li hi mmexxija minn Robert Aquilina, ħu d-Deputat tal-Oppożizzjoni Karol Aquilina.
Din issa sejħet għal protesta oħra l-Ħamis li ġej fl-istess post.
Fil-protesta tiegħu lbieraħ, il-Kap Nazzjonalista faħħar lil Repubblika fl-insistenza tagħha għall-Inkjesta Vitals. Inkjesta li fuqha hemm dubji serji kemm wara li ġiet ippreżentata erba’ snin tard, proprju fil-jum li fetħu n-nominazzjonijiet tal-elezzjonijiet tax-xahar id-dieħel, iżda wkoll dwar il-kontenut.
Bernard Grech qal, “Infetħet għax talbitha Repubblika, jiġifieri kieku ma nfetħitx kienu jibqgħu ma jagħmlu xejn.”