L-għada li l-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Dr Robert Abela ta l-impenn tiegħu li jekk jingħata l-fiduċja, iżid is-salarji tal-edukaturi, fosthom l-għalliema, il-Unjin għall-Għalliema, l-MUT laqgħet dan l-impenn.
L-MUT saħqet li laqgħet b’mod pożittiv li jiżdiedu l-pagi tal-għalliema u jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.
Ilbieraħ f’Santa Luċija, għal mistoqsija minn edukatur, il-Mexxej Laburista kellu aħbarijiet sbieħ għall-għalliema u spjega li dawn se jkunu qed jiżdiedu wara emendi fil-ftehim kollettiv.
Madankollu dan mhux biss hekk kif il-Prim Ministru ħabbar proposta li tolqot lill-LSEs u l-Kindergarten Assistants kollha, li issa se jkunu qed jitħallsu waqt it-taħriġ li jkunu qed jagħtu biex isiru edukaturi.