Il-Federazzjonni Kaċċaturi u Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) reġgħet iddikjarat li kull min jinqabad jabbuzza mir-regoli tal-kaċċa u l-insib, jitkeċċa mill-għaqda u jispiċċa bla liċenzja. Dan quddiem allegat kazi mill-Cabs li sabet sitt siti ta’ insib illegali li kienu armati b’għodda u xbieki attivi u kien hemm għasafar protetti li kienu għadhom ħajjin.
Segwu kliem Lino Farrugia, Kap Eżekuttiv tal-federazzjoni, dwar liema passi jittieħdu fil-konfront ta’ min jabbuża. Qalilna li bħalissa qed jinkitbu ittri lill-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent Karmenu Vella, dwar il-futur tal-insib.