Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) flimkien mall-Għaqda Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti – Mellieħa (GħKNK Mellieħa) u l-Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbliċi w Edukattivi (KRPE), Sotto-Kumitati fi ħdan l-istess FKNK, għat-tielet sena konsekuttiva organiżżaw il-Gun-Dog Field Trial b’regoli Internazzjonali fir-Riserva tal-FKNK tal-Aħrax tal-Mellieħa.
L-avveniment kien wieħed ta’ suċċess, b’numru rekord li wassal għal 42 prova b’daqstant klieb. Il-ġudikaturi ta’ livell Internazzjonali kienu t-Taljani s-Sur Alberto Dandolo u s-Sur Massimo Torelli, li osservaw s-sigurta’, l-edukazzjoni u l-etika’ flimkien mall-kordinazzjoni bejn il-kaċċatur u l-klieb tal-kaċċa tad-diversi razez.
Dawn ġew mistiedna mill-FKNK grazzi għall-kollaborazzjoni tal-‘Federazione Italiana Della Caccia’ (FIDC), u s-sħubija li tgawdi kemm il-FKNK kif ukoll il-FIDC mal-FACE (Federazzjoni Ewropea għall-Kaċċa u l-Konservazzjoni). Peress li din l-attivita’ saret waqt staġun magħluq tal-kaċċa, bis-saħħa ta’ emendi fir-regolamenti li kienet ipproponijet il-FKNK, il-FKNK otteniet il-permessi neċessarji kemm minn naħa tal-Wild Birds Regulation Unit (WBRU), b’kordinazzjoni mall-ERA u l-Pulizija.
Fil-kategoriji diversi r-rebbieħa kienu:
Ir-rebbieħa ġew preżentati bi trofej u ċertifikati relattivi.
Is-Sinjuri Torelli u Dandolo, stqarru li magħtul dawn l-aħħar snin, l-livell f’Malta ġie elevat b’mod inkredibli, kemm f’dak li jirrigwardja l-atteġjament tal-kaċċatur u kif ukoll il-livell ta’ ħidma u kordinazzjoni tal-klieb. Il-ġudikaturi komplew ifaħru lil parteċipanti kollħa għal etika’, rispett u ‘sportsmanship’. Fl-aħħar u mhux lanqas il-ġudikaturi kellhom tifħir kbir għall-livell ta’ professjonaliżmu u l-kordinazzjoni loġistika tal-organiżaturi matul l-avveniment kollhu.
Il-FKNK irringrazzjat lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor ikkontribwew għal din l-attività.