Illum fil-Jum Dinji tal-Migrazzjoni tal-Għasafar, il-Federazzjoni Kaċċaturi u Nassaba Konservazzjonisti, l-FKNK, telqet ‘il fuq minn ħames mitt gamiema fin-natura bħala parti minn proġett ta’ konservazzjoni.
Hawn il-President tal-FKNK Lucas Micallef stqarr dwar l-importanza li jkun hawn aktar għarfien dwar il-konservazzjoni sabiex jiġu salvagwardjati d-diversi speċi Maltin.
Huwa stqarr kif proġetti bħal dawn diġà saru fil-passat u qed iħallu l-frott, hekk kif is-sena l-oħra sorveljazzjoni fuq gamiem li ġew mitluqa wasslu sabiex instab li waħda minnhom anke wasslet sal-Bulgarija.
Micallef tenna jgħid kif huwa permezz ta’ proġetti bħal dawn, li nkunu nistgħu nifmu u nikkonservaw speċi differenti ta’ għasafar fl-ismewwiet Maltin.
“Irridu nqajjmu aktar għarfien fuq il-proġetti ta’ konservazzjoni li aħna nħaddnu, kif ukoll, irridu nitgħallmu aktar fuq il-fenomenu tal-migrazzjoni tal-għasafar.”