Il-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti, l-FKNK issospendiet b’mod immedjat s-sħubija tal-kaċċatur li dalgħodu allegatament inqabad mill-pulizija jispara fuq tajra protetta fil-masġar tal-Miżieb.
Fi stqarrija l-FKNK qalet li kemm il-darba l-persuna tinstab ħatja mill-Qorti, is-sħubija tiġi revokata b’mod permanenti.
Mingħajr is-sħubija tal-FKNK, din il-persuna ma tistax totjeni jew iġedded il-liċenzja tal-kaċċa.
AQRA WKOLL
https://www.one.com.mt/2021/04/27/arrestat-brabta-ma-kacca-illegali-ta-kuccarda/