Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti nnutat il-ħidma biex ma jittieħdux passi legali kontra persuni li applikaw biex jiġu trasferiti għasafar ibbalzmati lit-Taqsima għall-Għasafar Slavaġġ.
Fi stqarrija l-FKNK irringrazzjat lil Ministri Clint Camilleri u Aaron Farrugia filwaqt li għamlet referenza għal numru ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni li għamlet bħala Federazzjoni.
Dan wassal biex l-FKNK ressqet proposti għal kunsiderazzjoni tal-Ministru Camilleri u l-Kumitat Ornis biex tiġi regolarizzata it-tassidermija.
Proposta minn dawn kienet biex tali persuni li ssottomettaw l-applikazzjonijiet għat-trasferiment tal-għasafar ibbalzmati ma jittieħdux passi legali kontra tagħhom.