Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, l-FKNK ikkundannat il-qtil ta’ kuċċarda fl-inħawi tar-Rabat, liema kuċċarda kienet taħt moniteraġġ għal skop ta’ riċerka.
L-FKNK qalet li hija tippromwovi u taħdem għall-kaċċa legali u sostenibbli, filwaqt li ddeskriviet il-qtil tal-kuċċarda bħala att vili kontra l-kaċċa legali li jipprattikaw il-maġġoranza ta’ membri tal-Federazzjoni.
L-FKNK sostniet li atti bħal dawn itellfu x-xogħol ta’ xjenza u riċerka li jkunu qed isiru favur is-sostennibbilità.
Il-Federazzjoni appellat lill-membri tagħha sabiex kull min għandu xi informazzjoni fuq dan il-każ jgħaddih lill-FKNK jew lit-Taqsima tal-Protezzjoni tal-Ambjent fi ħdan il-Pulizija, billi jċemplu fuq 21224001.
Ritratt: Nicholas Barbara