L-Federazzjoni Kaċċaturi u Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) iddeskrivew dak li għamlu l-BirdLife ilbieraħ bħala att teatrali. Qalu li kien l-aħħar attentat iddisprat biex tkun influwenzata l-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja.
Dan fid-dawl li llum il-Gvern Malti se jippreżenta l-punti tiegħu għall-ftuħ tal-istaġun tal-insib quddiem il-Kummissjoni Ewropea.
FKNK qalu li issa BirdLife deffsu lill-uffiċju tal-Avukat Ġenerali fin-nofs, li qalu provda parir lill-Gvern li l-każ kien indifensibbli legalment.
Il-Federazzjoni qalet li tilqa’ t-tweġiba ta’ Roderick Glades għal dan, li tista’ ssegwi hawn.