Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) tifraħ lill-Gvern, speċjalment lis-Segretarju Parlamentari, l-Onorevoli Clifton Grima għal ftuħ tal-“Malta National Shooting Ranges” ġewwa ta’ Kandja.
Wara bosta xhur sħaħ ta’ xogħol intensiv, dan il-proġett illum sar realtà u ser jgħin lill-isportivi Maltin jikbru fid-dixxiplini tal-isparar fuq livell internazzjonali li joffri l-istess kumpless.
Il-FKNK ukoll tawgura, li fil-futur qarib, flimkien mal-‘Malta Sports Shooting Federation’ (MSSF), ma’ liema federazzjoni l-FKNK hija assoċjata, l-FKNK tkun tista’ torganizza avvenimenti ta’ sparar kif diġà tagħmel fuq bażi regolari, u anki tospita avveniment Ewropew tal-FITASC (Federazzjoni Internazzjonali ta’ Sparar Sportiv b’Armi tan-Nar tal-Kaċċa) fid-dixxiplina tal-“Compak Sporting” li jattira mijjiet ta’ kompetituri mill-57 pajjiż affiljati mal-FITASC.
Lokalment il-FITASC hija rappreżentata mill-FKNK.