B’referenza għall-illegalitajiet li qegħdin jiġu rrappurtati dan l-aħħar, il-Federazzjoni għall-Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti, l-FKNK qalet li qed tagħti twissija bla kantunieri.
L-FKNK nnutat l-istqarrija tal-BirdLife Malta u qal li l-illegalitajiet seħħew fi staġun magħluq tal-kaċċa u l-insib, u għaldaqstant in-numru ta’ kaċċaturi u nassaba li bħalissa jinsabu fil-kampanja huwa limitat.
Il-Federazzjoni saħqet li hi min-naħa tagħha ħadmet u tkompli taħdem għall-kaċċaturi u nassaba kollha legali, u temmen bis-sħiħ fil-membri tagħha.
L-FKNK appellat lill-eluf ta’ membri kaċċaturi u nassaba legali fi ħdanha m’għandomx iħallu lil ftit individwi jkissru dak li huwa verament il-kaċċa u l-insib tradizzjonali.
Il-Federazzjoni qalet li l-membri tal-FKNK huma obligati li jirrapportaw kull każ li jistgħu jkunu jafu bih immedjatament lill-Pulizija mingħajr ebda mistħija.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/03/22/jinqatlu-zewg-arpi-li-huma-tajr-protett-1/