Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservzzjonisti, l-FKNK irirngrazzjat lill-awtoritajiet konċernati li mill-ewwel impenjaw ruħhom biex isolvu ċertu nuqqas ta’ ftehim dwar siti tal-insib li kienu qegħdin jintużaw minn membri nassaba tal-FKNK li qegħdin jieħdu sehem fir-riċerka dwar l-għasafar tal-għana.
In-nuqqas ta’ ftehim tressqu għall-attenzjoni tal-awtoritajiet mill-FKNK fl-aħħar jiem, u għalhekk is-soluzzjonijiet tal-lum jixprunaw tajjeb għall-koperazzjoni futura bejn l-FKNK u l-awtoritajiet, minbarra riżultat ta’ suċċess mir-riċerka.