Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti, l-FKNK qed teżamina l-possibiltajiet kollha sabiex tikkontrobatti l-Mandat ta’ Inibizzjoni fil-Qorti miftuħ minn BirdLife Mata.
BirdLife Malta ressqet dan il-Mandat quddiem il-Qorti sabiex ma jinfetaħx l-istaġun tal-kaċċa għall-gamiem, li mistenni jinfetaħ nhar il-Ħadd li ġej.
Il-BirdLife qalet li l-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa għall-gamiem imur kontra liġijiet Ewropej li huma ’l fuq mil-liġijiet lokali.
L-għaqda qalet li hija ħadet din l-azzjoni bbażata fuq riċerka xjentifika.
Min-naħa tagħha, l-FKNK qalet kif ser tkun qed tipprovdi l-għajnuna kollha inkluż dik legali, xjentifika u teknika biex tkun f’pożizzjoni li turihom lill-Prim Ministru, il-Ministri responsabbli mill-Kaċċa u l-Ambjent u l-‘Wild Birds Regulation Unit li huma l-intimati tal-Mandat.
L-FKNK stqarret li ħa tkun qed tinforma lill-kaċċaturi bl-iżviluppi inkluż fl-eventwalità li toħroġ xi direttiva.