Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti ippreżentat protest ġudizzajarju fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Awtorità tal-Artijiet.
L-FKNK talbet biex l-Awtorità ma tidħol f’ebda ftehim ġdid mal-BirdLife Malta dwar it-tmexxija taż-żewġ riżervi tal-Għadira u s-Simar.
Fi stqarrija l-FKNK qalet li ħadet dan il-pass peress li l-BirdLife Malta u għaqdiet oħra attakkaw il-mekkaniżmu u l-proċedura li ġiet użata mill-Awtorità tal-Artijiet fil-ftehim mal-FKNK dwar ir-riżervi tal-Mellieħa u l-Miżieb.