Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisiti, l-FKNK ressqet protest ġudizzjarju fil-Qorti kontra BirdLife Malta u CABS.
F’dan il-protest, l-FKNK għamlet referenza għal dak li għal dawn l-aħħar snin, f’kull staġun tal-kaċċa u l-insib, attivisti tal-BirdLife Malta qegħdin jispjunaw lill-membri tal-FKNK billi jiġbdu filmati tagħhom għal ħinijiet twal waqt li dawn l-istess membri ikunu għal kwiet ġewwa l-għelieqi privati tagħhom jipprattikaw il-kaċċa jew l-insib.
L-FKNK spjegat li dan l-aġir tal-BirdLife jammonta għal ksur tal-liġi u ressqet ukoll ilment uffiċjali mal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data.
L-FKNK tablet biex BirdLife Malta u CABS jiġu mitluba jieqfu b’dan l-aġir ta’ spjunaġġ illegali fil-konfront ta’ diversi Kaċċaturi.