Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, l-FKNK, preżentat protest ġudizzjarju kontra l-għaqda Birdlife Malta minħabba li skont hi saru azzjonijiet inġusti fil-konfront tal-membri tal-federazzjoni.
Il-President tal-FKNK Joseph Perici Calascione, spjega li l-federazzjoni preżentat protest ġudizzjarju u rrefera għal kwerela li preżentat il-Birdlife biex jiġu rtirati l-liċenzji tal-kaċċa ta’ 6,000 kaċċatur fl-istaġun tas-summien.
Il-President tal-FKNK m’eskludiex li l-federazzjoni tieħu passi legali oħra.