“L-identita’ tradizzjonali tagħna għandha tiġi protetta u mħarsa. Mhux naraw kif se neħilsu minnha mingħajr ma nagħtu kas id-drittijiet ta’ ħafna li huma konformi ma din l-istess tradizzjoni”. Dan kien il-kliem ta’ Raymond Cordina, meta indirizza lil ġurnalisti f’konferenza tal-aħbarijiet.
Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, espremiet id-diżżapunt tagħha għall-ġpinjoni li ll-Avukat Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ta lill-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Ewropa fil-kawża li l-Kummisjoni Ewropea għandha kontra Malta fejn qalet li bil-ftuħ tal-istaġun tal-insib, Malta mhux tonora l-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea.
Filwaqt li b’ton diżappuntanti l-FKNK qalet li d-drittijiet mhux imħarsa mill-istess Kumissjoni Ewropea, tefgħu dawl ukoll fuq il-fatt li pajjiż bħal Awstrija, membru tal-EU, għandu l-istess delizzju u huwa meqjus bħala patrimonju kulturali. “Minn naħa l-oħra aħna l-Maltin għadna qed niġġieldu għad-delizzji tradizzjonali tagħna.”
L-FKNK tenniet li fiduċjuża li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Ewropa se tkun qed tagħmel ġustizzja mal- 5,000 nassab Malti u Għawdxi. Hi ħejjiet rapport tekniku ddetalljat li se jkun qed jintbgħat ukoll Brussel