Il-Bank Pilatus ġie mmultat kważi €5 miljun mill-Aġenzija Maltija kontra l-Ħasil tal-Flus, l-FIAU, f’forma ta’ penali amministrattiva. Dan wara li rriżulta li kien hemm bosta nuqqasijiet fl-operat tal-bank tul l-operat tiegħu f’Malta.
Il-Kumitat ta’ Monitoraġġ, fid-deċiżjoni tiegħu semma kif dan ġie deċiż fuq għadd ta’ raġunijiet fosthom nuqqasijiet serji u kif ukoll tħassib sistematiku b’rabta mal-kapaċità tal-bank meta ġie biex jimplimenta miżuri li għandhom l-għan li jiġġieldu l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu.
Semma wkoll kif kien hemm tħassib partikolari dwar l-approċċ laxk tal-bank fid-dawl ta’ obbligi dwar due diligence tal-bank u kif ukoll skrutinju, speċjalment meta wieħed iqis li l-bank twaqqaf biex jipprovdi servizzi bankarji lil klijenti b’riskju għoli.
L-FIAU qal kif il-Bank espona lili nnifsu waqt li kien qed jopera u kif ukoll espona l-ġurisdizzjoni Maltija għal riskji enormi. Spjega kif kawża tal-Bank għaddew miljuni ta’ ewro mill-ekonomija Maltija mingħajr ma saret ebda konsiderazzjoni ta’ ħasil ta’ flus.
Kien għalekk li l-FIAU, wara li ħadet f’konsiderazzjoni s-serjetà tal-każ, imponiet multa amministrattiva ta’ kważi €5 miljun.