Kumpanija tas-servizzi finanzjarji ġiet immultata €502,000 b’rabta ma’ ksur ta’ regolamenti ta’ ħasil ta’ flus.
Ħabbret dan l-FIAU hekk kif spjegat li waqt eżerċizzju ta’ konformità l-uffiċjali tagħha nnutaw numru ta’ defiċjenzi fil-proċeduri tal-kumpanija AWS Malta.
Fost oħrajn ġie nnutat kif f’każ partikolari l-kumpanija talbet sabiex tagħmel skrutinju aktar rigoruż fuq klijent minn Sri Lanka, tliet snin wara li l-pajjiż ġie klassifikat bħala ġurisdizzjoni riskjuża mill-FATF.
Sadanittant dan il-klijent kien laħaq għamel mitejn u għoxrin transazzjoni.
B’reazzjoni għal din il-multa, il-kumpanija AWS Malta qalet li se tkun qed tappella minn din il-multa amministrattiva.