B’referenza għar-rapport li deher fil-Malta Independent online intitolat “Proof of Kickbacks to Mizzi and Schembri from LNG tanker”, il-Finacial Intelligence Analysis Unit ċaħdet li hemm xi rapport konklussiv jew ir-rizultanzi li qed jigu allegati.
Kien iktar kmieni llum li The Malta Indpendent irrapportat li kien hemm ‘kickbacks’ b’rabta mat-tanker tal-LNG u skont il-portal tal-aħbarijiet dan irriżulta minn rapport tal-FIAU.
Iżda, b’mod ċar ħafna l-FIAU qalet li mkien ma kien hemm “ir-riżultanzi li qed jiġu allegati.”