L-Aġenzija Kontra l-Ħasil tal-Flus l-FIAU qalet li bħalissa għaddejja bi proċess biex tagħmel titjib fis-servers tagħha bi tħejjija għall-implimentazzjoni ta’ żewġ sistemi ġodda tat-Teknoloġija tal-Informatika fosthom dik magħrufa bħala Compliance Information System u l-Financial Anaylsis Systema magħrufa bħala (GO AML Software).
Fi stqarrija b’reazzjoni għal preżenza ta’ ġurnalisti quddiem il-bini tagħha, l-FIAU qalet d-deċiżjoni li tagħmel dan l-investiment ittieħdet xhur ilu wara li ġew appuntati bosta esperti tekniċi u service providers biex jassistu lill-Aġenzija biex jimplimentaw dan il-proġett.
L-FIAU qalet li dawn l-iżviluppi hemm referenza għalihom fir-Rapport Annwali tal-FIAU tal-2017 li jinsab disponibbli fuq il-website tagħha.
Fakkret li dan il-proġett huwa ko-finanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea mill-Fondi tas-Sigurtà għall-2014 – 2020.