L-FBI żvelat dokumenti li juru pjan ta’ qtil fuq ir-Reġina Eliżabbetta t-Tieni, waqt żjara uffiċjali li għamlet fl-Istati Uniti lura lejn l-1983.
F’numru ta’ dokumenti li ppubblikat, l-FBI tat informazzjoni dwar din iż-żjara.
Fil-fatt kollox juri kif l-awtoritajiet kienu ferm inkwetati li kien hemm possibilità kbira ta’ attakk mill-grupp, meqjus terroristiku, l-IRA.
Dan ir-rapport ta’ theddida kien għamlu uffiċjal minn San Francisco li qal lill-awtoritajiet kif kien hemm Irlandiż li jrid ipattiha lir-Reġina u lil żewġha, minħabba l-mewt ta’ bintu.
L-ebda dettall fuq l-arrest ma ġie ppubblikat mill-FBI.
Ir-rapport ta’ 102 paġni ġie ppublikat fuq is-sit tal-FBI wara talba mill-midja Amerikana.