Id-Direttur tal-FBI James Comey ċaħad l-akkużi tal-President Amerikan Donald Trump li għamel fil-konfront tal-predeċessur tiegħu, meta qal li Barack Obama wettaq spjunaġġ tat-telefonati tiegħu xahar qabel ma ġie elett.
Comey talab lid-Dipartiment tal-Ġustizzja fl-Amerka biex jiċħad l-allegazzjonijiet ta’ Trump, hekk kif kieku tali allegazzjonijiet huma minnhom, dan ikun ifisser li l-FBI kisru l-liġi.
Huwa sostna li m’hemm l-ebda provi li juru li l-allegazzjonijiet ta’ Trump huma minnhom.
Il-President Amerikan għadu ma provdiex provi għall-allegazzjonijiet li għamel fil-konfront ta’ Barack Obama fuq Twitter, fejn qal li l-eks President interċetta t-telefonati tiegħu fl-aħħar kampanja Presidenzjali.