Id-Direttur tal-FBI, Christopher Wray, qal li x’aktarx, il-virus tal-Covid-19 oriġina f’laboratorju kkontrollat mill-Gvern Ċiniż.
Huwa spjega kif l-FBI ilha għal diversi żmien tassessja l-oriġini tal-pandemija u huwa maħsub li l-virus beda f’laboratorju Ċiniż.
Din hija l-ewwel darba li sar kumment pubbliku mill-FBI dwar minn fejn beda l-virus li wassal għal pandemija madwar id-dinja.
Iċ-Ċina ċaħdet dan, u sejħet l-allegazzjoni bħala malafamanti.
Il-kummenti tad-Direttur tal-FBI saru l-għada li ambaxxatur Amerikan għaċ-Ċina, appella biex il-pajjiż ikun aktar onest dwar l-oriġini tal-Covid.