L-FBI ħarġet mandat t’arrest għas-sieħeb ta’ Gabby Petito għall-użu ta’ apparat bankarju mhux awtorizzat.
Petito nstabet maqtula f’park f’Wyoming nhar it-Tnejn li għadda wara li kienet irrapportata nieqsa għal diversi jiem.
Brian Laundrie, li bħalissa huwa rrapportat nieqes, qed jiġi akkużat li uża karta tad-debitu u numru ta’ sigurtà ta’ kontijiet li mhumiex tiegħu, bejn it-30 ta’ Awwissu u l-ewwel ta’ Settembru.