L-FBI skattat b’investigazzjoni wara li ntbagħtu eluf ta’ imejls foloz dwar possibilità ta’ attakk virtwali minn wieħed mis-servers tagħhom.
L-aġenzija governattiva qalet li l-inċident sar is-Sibt filgħodu u allegatament il-messaġġi dehru li ntbagħtu mid-Dipartiment Amerikan għall-Intern.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dawk li rċievew l-imejl kienu mgħarrfa li kienu fil-mira ta’ attakk sofistikat mingħand grupp ta’ frodisti magħruf bħala Dark Overlord.
Skont diversi rapporti tal-midja minn aġenziji Amerikani, intbagħtu aktar minn mitt elf imejl.