Dalgħodu ġie inawgurat Ċentru ta’ Informazzjoni u titjib fis-sistema ta’ microwave link network fil-Barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta, f’Ħal Luqa. Dan l-investiment, li kien kofinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea, laħħaq it-€2.5 miljun u mistenni jikkontribwixxi biex tiġi analizzata b’mod aħjar is-sigurtà tal-pajjiż.
Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm uffiċjali għolja tal-Forzi Armati, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg.