Jekk tagħmel eżercizzju mmoderat għal diversi drabi matul il-ġimgħa, moħħok ikun iktar iffukat meta taqbeż l-età ta’ 50 sena, dan skont rivista li saret minn fuq 39 studju.
L-abiltajiet tal-ħsieb u kif ukoll tal-memorja huma l-aktar abiltajiet li tjiebu meta persuni bdew jagħmlu l-eżerċizzju hekk kif bdew jeżerċitaw il-qalb u kif ukoll il-muskoli fuq bażi regolari.
Riċerkaturi Awstraljani sostnew li wieħed jagħmel l-eżerċizzju f’kwalinkwe età hi ta’ benefiċċju kemm għall-moħħ u kif ukoll għall-ġisem.