Wara li Gvern Laburista beda jinċentiva persuni li jkunu qed jixtru l-ewwel propjetà tagħhom, minn għada, persuni eliġibbli għall-iskema tal-First Time Buyers se jkunu eżenti mit-taxxa tal-boll fuq l-ewwel €200,000 tal-prezz tal-propjetà li jkunu se jixtru flok fuq l-ewwel €175,000 tal-prezz tal-propjetà.
Il-Professur Edward Scicluna ħabbar ukoll li se jkun hemm ukoll tnaqqis fit-taxxa tal-boll għal dawk li jixtru t-tieni proprjetà tagħhom vakanti f’żoni ta’ konservazzjoni urbana jew f’Għawdex.
Il-Ministru għall-Finanzi ħabbar ukoll li l-miżuri li ddaħħlu fil-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika fuq xiri ta’ propjetà se jibqgħu applikabbli għall-konvenji li jsiru sal-31 ta’ Marzu 2021 u li t-tali konvenju jissarraf f’kuntratt sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2021.