Din hija Rani Hong, vittma ta’ skjavitu li trid tkun il-vuċi ta’ mqar persuna waħda li għaddejja mill-esperjenza qarsa ta’ traffikar tal-bnedmin.
Lil Rani ltqajna magħha waqt summit li sar fil-Palazz tal-President.
Summit li matulu kienet iffirmata dikjarazzjoni konġunta mill-mexxejja reliġjużi kontra l-iskjavitù fid-dinja moderna tal-lum. Fiha qablu li se jkunu qed jaħdmu b’mod spiritwali, kif ukoll b’azzjoni fil-prattika biex tinqered il-kriminalità tat-traffikar l-bnedmin.
Illum Rani tgħix l-Istati Uniti u rebħet fuq il-mumenti diffiċli li offritilha l-ħajja. Tant li għandha karriera ta’ Kap Eżekuttiv.