Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista approva unanimament lill-Bernard Grech sabiex jieħu s-siġġu ta’ Ivan Bartolo.
Dan intqal fi stqarrija li qalet kif dan sar sabiex Bernard Grech ikun jista’ jmexxi l-Oppożizzjoni.
Aktar kmieni d-deputat Nazzjonalista Ivan J. Bartolo rriżenja minn membru parlamentari sabiex postu jkun jista’ jieħdu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
B’hekk l-Ispeaker issa jkun jista’ jmur għand il-President tar-Repubblika b’din l-ittra ta’ riżenja li turi x-xewqa li tiskatta l-proċedura kostituzzjonali ta’ co-option.