Fl-ewwel laqgħa tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista b’mod konġunt mal-Grupp Parlamentari wara l-elezzjoni ġenerali, ġie skattat il-proċess li bih jiġi deċiż liema distretti jiġu vakati f’każ li Membri Parlamentari jkunu eletti minn żewġ distretti.
B’vot sigriet waqt din il-laqgħa, ġie deċiż li l-Prim Ministru Robert Abela, li ġie elett mit-tieni u l-ħames distrett, se jċedi dan tal-aħħar.
Chris Fearne, li ġie elett mit-tielet u r-raba’ distrett.
L-Eżekuttiv iddeċieda li jiġi ċedut is-siġġu mir-raba’ distrett.
Clyde Caruana, li ġie elett mit-tieni u t-tmien distrett u se jiġi ċedut is-siġġu mit-tieni distrett.
Owen Bonnici, li ġie elett mit-tielet u l-ħames distrett u dan se jċedi tal-ewwel.
Ian Borg, li ġie elett mis-sitta u s-seba’ distrett se jċedi s-sitt distrett.
Silvio Schembri ġie elett mis-sitt u s-seba’ distrett u se jċedi tal-aħħar.
Clifton Grima, li ġie elett mid-disa’ u l-għaxar distrett, se jċedi s-siġġu fuq id-disa’ distrett.
Miriam Dalli, li ġiet eletta mill-ħames u l-ħdax-il distrett, se ċċedi l-ħdax-il distrett.
Michael Falzon ġie elett mid-disa’ u l-għaxar distrett u se jċedi tal-ewwel.
Minħabba li fuq id-disa’ distrett elettorali, l-Eżekuttiv Nazzjonali ddeċieda li jsiru żewġ elezzjonijiet każwali, dan ifisser li l-ħames kandidati kollha fuq il-lista tal-Partit Laburista ser jiġu eletti wara l-ewwel elezzjoni każwali minn tnejn, u għalhekk jingħata lok għal co-option.
Il-Prim Ministru Robert Abela ressaq quddiem l-Eżekuttiv Nazzjonali l-isem ta’ Dr Randolph Debattista sabiex ikun co-opted fil-Parlament Malti wara li jitlesta l-proċess elettorali.
L-Eżekuttiv Nazzjonali approva l-proposta tal-Prim Ministru.