Wara li fis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar intemm il-proċess tal-għadd tal-voti, biex kellna l-ewwel indikazzjoni ċara ta’ min se jkunu wħud mid-deputati miż-żewġ naħat tal-kamra, imiss issa li jsiru l-elezzjonijiet każwali biex min ġie elett minn żewġ distretti jċedi wieħed minnhom.
Deċiżjoni li tittieħed mill-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista b’vot sigriet f’laqgħa mal-Grupp Parlamentari, li se ssir is-Sibt.