Il-Viċi Sindku tax-Xgħajra, Neil Attard, ġie meħlus minn kull akkuża li kellu, li jmorru lura għal Frar 2016.
Neil Attard kien akkużat li wettaq atti kriminali waqt li kien taħt probation, fosthom li ta fastidju lil persuna oħra.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, osservat li l-allegat atti kriminali kienu marbuta ma’ bosta ‘accounts’ foloz fuq Facebook. Il-Qorti sostniet ukoll li m’hemmx evidenza dwar il-każ ta’ fastidju sesswali tant li l-vittma xehedet biss fuq profili foloz tal-midja soċjali. Tant li l-Maġistrat qalet li din l-attitudni hija fastidju lil liġi.
Madanakollu, il-qorti ħelset lill-akkużat minn kull akkuża.