L-ex plejer ta’ Juventus u Udinese, it-Taljan Vicenzo Iaquita ngħata s-sentenza ta’ sentejn ħabs wara nstab li kien fil-pussess tal-armi u li kien parti minn grupp tal-mafia.
Iaquinta ta’ 38 sena, li kien parti mill-iskwadra rebbieħa Taljana tat-Tazza tad-Dinja fl-2006, kien wieħed minn 148 persuna li għadda ġuri, fejn hu allegat li kien parti mill-grupp Ndrangheta, li huwa grupp tal-mafja fin-naħa t’isfel tal-Italja.
Missier Iaquita wkoll instab ħati u ngħata 19-il sena ħabs.
Iaquita u missieru huma parti mill-120 persuna li nstabu ħatja.
Huwa estimat li l-grupp mafjuż Ndrangheta għandu madwar 6,000 membru u huwa attiv ġewwa Calabria, wieħed mill-aktar reġjuni foqra fl-Italja.