L-ex Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi rtira kull allegazzjoni li għamel fuq post fuq Facebook fil-konfront tal-Ministru Owen Bonnici.
Dan waqt seduta fil-Qorti, il-Ħamis filgħodu waqt li kompliet tinstema l-kawża ta’ libell li kien fetaħ l-istess Ministru Owen Bonnici lil Jason Azzopardi wara li dan tal-aħħar pubblikament kien qal li Bonnici huwa ‘kriminal u giddieb.’
B’reazzjoni għal dan, il-Ministru Owen Bonnici fuq Facebook innota kif dan kien biss każ ieħor ta’ tfigħ ta’ tajn mill-eks Deputat Nazzjonalista li ħadem qatiegħ biex Bernard Grech jitpoġġa Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Fil-fatt, il-Ministru Owen Bonniċi tenna li Jason Azzopardi irtira l-allegazzjonijiet biss wara li ntlaħaq l-iskop tal-proċeduri.
Din mhux l-ewwel darba li Jason Azzopardi spiċċa fuq n-naħa l-ħażin fi kwistjonijiet ta’ deċiżjonijiet tal-Qrati li involvew lill-Ministru Owen Bonnici.
Fl-istqarrija tiegħu fuq Facebook, Il-Ministru Owen Bonnci tenna li jinsab determinat li jkompli jagħti l-massimu tiegħu flimkien ma’ sħabu biex b’iktar enerġija minn qatt qabel pajjiżna jkompli jimxi ’l quddiem għall-ġid aħħari tal-familji Maltin u Għawdxin.