Matul il-jum tal-lum, il-President tar-Repubblika Myriam Spiteri Debono żaret Għawdex għall-ewwel darba mindu ħadet il-kariga bħal-lum xahar.
Akkumpanjata minn żewġha, is-Sinjur Anthony Spiteri Debono, il-President bdiet il-ġurnata fil-Gżira tat-Tliet Għoljiet b’quddiesa ċċelebrata mill-Isqof ta’ Għawdex, Anton Teuma, fil-Bażilika tal-Madonna ta’ Pinu.
Iż-żjara kompliet b’ċerimonja ta’ tqegħid ta’ fjuri mal-monument li jfakkar lill-Għawdxin li tilfu ħajjithom fit-Tieni Gwerra Dinjija fi Pjazza Indipendenza, fir-Rabat.
Il-President Spiteri Debono żaret ukoll il-Banca Giuratale fejn iffirmat ktieb tal-viżitaturi u ċ-Ċittadella fejn kompliet tiltaqa’ ma’ bosta persuni li marru jilqgħuha.