Għall-ewwel darba l-Prim Ministru tal-Ġappun, Shinzō Abe, jinsab f’pajjiżna fuq żjara simbolika. Fejn waqt din iż-żjara ntqal kif dan sabiex ir-relazzjonijiet ta’ bejn iż-żewġ pajjiżi jimxu ‘l quddiem.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal kif waqt din iż-żjara ż-żewġ pajjiżi se jkunu qed iħarsu li jiddiskutu r-relazzjonijiet bilaterali sabiex ikun hemm żvilupp, l-aktar fejn għandu x’jaqsam l-exchange.
Fakkar li għandna l-Presidenza li fost oħrajn ħarset lejn il-ftehim kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun u rat li ssaħħu. Muscat qal li se jkunu qed iħarsu ‘l quddiem li jsaħħu dak li diġà nbena anke wara l-laqgħa li diġà saret ma’ Jean-Claude Juncker u Donald Tusk.
Il-Prim Ministru tal-Ġappun irringrazzja li ġie milqugħ f’pajjiż li jħaddan u jħaddem sew il-valur tad demokrazija drittijiet umani u rule of law.
Sostna li Malta qed iżżid il-popolarità fost il-Ġappuniżi fejn qal li kellu ċ-ċans jara Ġappuniżi li qed jistudjaw f’Malta. Temm billi qal li jistgħu jsaħħu dan il-qasam fejn permezz t’hekk jissaħħu wkoll ir-relazzjonijiet kummerċjali.