Ma kinitx ġurnata tas-soltu għal veterinarju Kurt De Cramer, meta ntebaħ li fl-istess plaċenta, kelba li kien qed jagħmel operazzjoni ċesarja fuqha kellha żewġt iġriewi.
Minkejja li diġa għamel mad-900 operazzjoni ċesarja fuq il-klieb, operazzjoni li għamel fuq kelba tar-razza ‘wolfhound’ kienet waħda b’differenza. Meta beda l-operazzjoni huwa ntebaħ li din il-kelba kellha żewġ fetu.
Għall-bidu ħaseb li dan kien xi likwidu eċċessiv, iżda kien ixxukkjat meta ntebaħ li din il-kelba kienet l-ewwel waħda li weldet żewġt iġriewi tewmin magħrufin bħala monozygotic twins.
Sors: BBC