Whisky Malti bl-isem ta’ Kilchoman Guzé Cask rebaħ l-unur tal-aqwa Single Malt bla età madwar id-dinja. Lura f’Jannar dan il-whisky kien ġibdilna l-attenzjoni għaliex huwa l-ewwel wieħed li qatt sar f’bettija Maltija.
L-unur ingħata mill-Whisky Bible għall-2017, tal-espert Jum Murray, biex il-whisky Malti ġie l-ewwel minn 4,000 tip ta’ whisky differenti madwar id-dinja. Unur li wasslu biex fl-Iskozja qed jinbiegħ għal xejn inqas minn €200 kull flixkun u d-domanda għalih żdiedet immens.
Kburi b’dan is-suċċess huwa Andrew Abela, minn The Wine Boutique tal-kumpanija Franks. Kienet idea unika li jingħaqad ma’ Marsovin u joħolqu dan is-Single Malt.
Segwu din l-intervista.