Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump se jkun qed iżur l-Iżrael u t-teritorji Plaestinjani, hekk kif qed ikompli l-ewwel vjaġġ tiegħu bħala President. Huwa se jasal fil-post mill-Għarabja Sawdija, pajjiż alleat tal-Istati Uniti, fejn ta diskors lill-mexxej Għarab u Musulmani waqt summit.
Trump se jkollu wkoll laqgħat mal-mexxejja Iżraeljani u Palestinjani waqt iż-żjara tiegħu ta’ jumejn. Trump qal li ftheim ta’ paċi bejn l-Iżrael u l-Palestina jkun l-aqwa ftehim, iżda kien vag fuq x’forma dan il-ftehim għandu jkollu. Qal li jippreferi li jħalliha f’idejn iż-żewġ naħat biex jagħżlu huma permezz ta’ taħdidiet diretti. Waqt is-summit f’Riyadh fil-jum tal-Ħadd, Trump appella lill-mexxejja Għarab u Musulmani biex jidħlu l-inkarigu u jiġġieldu kontra l-militanti Iżlamiċi.